Winning entries could not be determined in this language pair.There was 1 entry submitted in this pair during the submission phase. Not enough entries were submitted for this pair to advance to the finals round, and it was therefore not possible to determine a winner.Competition in this pair is now closed. |
Fil-jum miftiehem, l'appartament tal-Konti Ulric de Rouvres kien lest. Ulric ftiehem li jiltaqgħa ma' tlett tobba magħrufin Pariġini hemm ġew dak in-nhar stess filgħaxija. Imbagħad, mar jiġri jġib lil Rosette. Kienet għadha kemm mietet siegħa qabel. Ulric mar lura ġol-appartament, fejn sab lil sieħbu antik Tristan, li kien sejjaħ hu stess, u li kien jistennih bit-tlett tobba. "Tistgħu tmorru, Sinjuri," qallhom Ulric."Il-bniedma li sejjaħtilkom biex nikkonsulatkom fuqha, m'għadiex magħna." Tristan, meta spiċċa waħdu mal-konti Ulric, ma ppruvax iwwettilu d-dwejjaq, imma empatiżża miegħu bħal aħwa. Kien hu li mexxa' l-funeral grandjuż li sar lil Rosette b'sorpriża kbira għall-isptar kollu. Xtara l-affarijiet kollha li ż-żagħżugħa kient ġarret magħha u li, wara l-mewt tagħha, kienu saru l-propjetà tal-amministrazzjoni. Qalb l-affarijiet, kien hemm libsa ċkejkna blu, l-unika waħda li kienet spiċċat tagħha, il-povra mejta. Minħabba li ħa ħsieb kollox hu ukoll, l-għamara antika ta' Ulric, li kien ħa għandha meta kien joqgħod ma' Rosette, ġiet meħuda ġo kamra fl-appartament ġdid tiegħu. Kien biss ftit jiem wara li Ulric, deċiż li jmut, telaq għall-Ingilterra. Dawn kienu l-ġrajjiet ta' dan il-bniedem meta daħal fl-intrata tal-Cafè Roy. Il-wasla t'Ulric ġabet muviment kbir fost il-ġemgħa. L-irġiel qamu u selmulu bir-rispett kollu bħal nies moderni. Imma n-nisa sfidaw bil-ħarsa għal ħames minuti sħaħ lil Konti de Rouvres li kien imbarazzat ferm taħt l-attakk tal-ħarsa tagħhom kurjuża, tant kemm kienet kważi indiskreta. "Ejja, għażiż mejjet," qal Tristan waqt li ressqu biex joqgħod bilqiegħda fil-post fejn kien hemm riservat għalih ħdejn Fanny, "ixrob ir-ritorn tiegħek fid-dinja tal-ħajjin." "Sinjura," kompla Tristan waqt li dar lejn Fanny li kienet iffissata taħt maskla, "din is-sinjura tkompli miegħek." "U int," qal fil-widna taż-żagħżugħa, "tinsiex x'għidtlek." Ulric ħa tazza mimlija sa fuq nett u qal: "Nixrob...." "Tinsiex li toasts politiċi mhux permessi," qallu Tristan. "Nixrob għal Mewt," qal Ulric waqt li ressaq it-tazza lejn xuftejh, u wara li kien sellem lil-ġara tiegħu tal-maskra. "U jien," wieġbet Fanny waqt li bdiet tixrob hi wkoll..."jien nixrob għaż-żogħżija, għall-imħabba." U bħal sajjetta li taqsam is-sħab, tbissima xegħlet taħt il-maskra tagħha tal-bellus. | Entry #22052 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|