Winning entries could not be determined in this language pair.There were 3 entries submitted in this pair during the submission phase. Not enough votes were submitted by peers for a winning entry to be determined.Competition in this pair is now closed. |
Ma nafx kif, imma l-istudenti ċkejknin tiegħi saru jafu li dakinhar kien jum twelidi. Rajthom jaslu l-iskola libsin pulit b’rigal zgħir f’idhom. Min ġabli xi pinna sabiħa, min xi ktejjeb tal-quddies, min xi kaxxa tax-xogħol u min xi bukkett fjuri friski. Kont kuntenta u fl-istess ħin xi ftit imdejqa; kuntenta għax kwalunkwe sinjal ta’ ringrazzjament jew ta’ imħabba ta’ dawk it-tfal twajbin kien imissli qalbi u jħaffifli kull sagrifiċċju; imdejqa għax kont naħseb li l-flus li ntefqu biex inxtraw dawk ir-rigali setgħu jintużaw aħjar. Madankollu, ilqajt bil-ferħ dawk il-ġesti ħelwin ta’ imħabba. Tifel wieħed biss, l-aktar fqir fosthom, ma tagħni xejn: imma mill-imġieba tiegħu ta’ mistħija u l-wiċċ ċkejken imdejjaq, intbaħt kemm kien qed ibati. Għajjatlu ħdejja, għanaqqtu u bistu għal darba darbtejn. B’dawn il-karezzi il-povru tifel rabba l-kuraġġ, poġġieli f’idi qartas u ħarab mistħi. Maħsuda u kurjuża, ftaħtu mingħajr ma ħallejt lil ħadd jarani. Aqta x’kien fih ... tlett kubi taz-zokkor! Mill-ewwel erġajt sejjaħtlu. - Kont taf li nħobb iz-zokkor? staqsejtu bi tbissima. - Hekk ħsibt! Jien inħobbu ħafna! - U int, komplejt komossa, żgur tlabtu lill-ommok u..... - Le! dlonk irrisponda, ma tlabt xejn lil ħadd; warrabtu jien, minn.... - Ukoll ..... - In-nanna, meta ttini l-kafe bil-ħalib, dejjem tpoġġi żewġ jew tlett kubi taz-zokkor fil-kikkra biex jiġi ħelu. Jien ġbart iz-zokkor... - U l-kafe bil-ħalib?... staqsejtu b’għoqda fi grieżmi. - Xrobtu morr! Mario, ċkejken Mario, fejn inti qiegħed? Forsi id-duħħan tas-sigarretti fl-uffiċini qed isewwidlek dak il-wiċċ ta’ anġlu, forsi bħalissa qiegħed taħdem fl-għelieqi fejn il-ħasda qed tisfar u l-għeneb isir fix-xemx, forsi jilqgħuk il-vapuri fejn ix-xogħol huwa daqshekk iebes u t-tama daqshekk qarrieqa..... Imma int x’int, ħaddiem, bidwi jew baħri, postok huwa fost dawk ta’ qalb nobbli, li għalihom l-imħabba hija sagrifiċċju u ċ-ċaħda hija dmir. Mario, ċkejken Mario, kieku tista’ tidħol f’kamarti, imqar għal mument, tara ħafna karti, ħafna kotba, ħafna oġġetti; u tara wkoll, magħluqin f’bomblu zgħir tal-ħġieġ, tlett bċejjeċ taż-żokkor, isem u data! | Entry #16982 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Ma nafx kif dawk l-istudenti żgħar tiegħi saru jafu li kien il-jum għeluq snieni dak in-nhar. Rajthom ġejjin bl-ilbies tal-festa u b'rigal ċkejken f'idhom. Kien hemm min ġabli pinna eleganti, min ktieb ċkejken tal-quddiesa, min borża għax-xogħol, min bukkett sabiħ ta' fjuri friski. Kont ferħana u fl-istess ħin imdejqa malli rajthom: ferħana għax kull sinjal ta' gratitudni jew imħabba li juruni dawk iċ-ċkejknin bravi imissli qalbi u jagħmel is-sagrifiċċju tiegħi qisu xejn; imdejqa għax ħsibt li l-flus li ntefqu f'dak ix-xiri, setgħu marru għal użu iktar bżonnjuż. Hekk jew hekk, ilqajt dak il-wiri ħelu t'imħabba b'ferħ. Tifel wieħed, l-iktar fqir, ma tani xejn; imma mid-dehra imbarazzata tiegħu u mill-ħarsa ta' dwejjaq minn dak il-wiċċ żgħir, indunajt kemm kien qed ibati. Għajjatlu u meta wasal ħdejja, għannaqtu miegħi għal bosta drabi waqt li bistu. Hu għamel kuraġġ b'dak il-fsied, u miskin poġġa xi ħaġa mgeżwra ġo idejja u ħarab bil-mistħija. Maħsuda u mimlija kurżità, ftaħtu mingħar ma ħallejt lil ħadd jinduna. Kien hemm...aqtgħu...tlett biċċiet zokkor! Għajjatlu malajr ħdejja. - Kont taf li nħobb iz-zokkor? saqsejtu bi tbissima. - Bsart! Jogħġobni tant lili! - U int, komplejt, mgħaġġba, żgur saqsejt lil ommok u ... -Le, Sinjura! wieġeb fil-pront, ma tlabt lil ħadd; żammejtu jien stess, minn tiegħi... - Imma... - In-nanna, meta ittini l-kaffè u l-ħalib, dejjem tpoġġi fit-kikkra żewġ jew tlett biċċiet zokkor biex ikun ħelu. Neħħejt iz-zokkor... - U l-kaffè u t-tè?... saqsejtu b'għoqda ġo griżmejja. - Ħadtu morr! Mario, ċkejken Mario, fejn int? Forsi id-duħħan tal-uffiċċju għamillek wiċċek t'anġlu samrani, forsi bħalissa qed taħdem fl-egħlieqi fejn il-qamħ qed isir dehbi, u d-dielja qed timmatura fix-xemx, forsi il-vapuri tal-avventura fejn ix-xogħol hu iebes, qed jiġbduk, it-tama ma tintilifx.... Imma int x'int, ħaddiem, bidwi jew baħħar, postok hu fost il-qlub nobbli, għax l-imħabba tfisser sagrifiċċju, ċaħda, dmir għalik. Mario, ċkejken Mario, jekk int, għal mument tista' tidħol ġo l-istudju żgħir tiegħi, tara' ħafna karti, ħafna kotba, ħafna ċejċiet; u tara' ukoll, miżmuma ġo qampiena żgħira tal-ħġieġ, tlett biċċiet ta' zokkor, isem u data! | Entry #18395 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
I do not know b'liema mod, iżda scolarini tiegħi kienet waslet biex tkun taf li dak il-jum kien birthday tiegħi. I raw lilhom jaslu fl-iskola mal-partijiet u dress ma rigal fl-idejn tagħha. Min I libes pinna eleganti, oħrajn ktieb ftit bil-massa, ta 'każ minn dawk li jaħdmu, li bukkett sabiħ ta' fjuri friski. I kien comforted u imnikket mill-vista: consoled minħabba xi sinjal ta 'gratitudni jew affezzjoni li Wasalt minn dawk it-tfal tajba mimsus qalb tiegħi u għamel miegħi opinjoni żgħira kull sagrifiċċju: imnikket, għaliex ħsibt l-flus li ħa dan ix-xiri, jista 'jiġi allokat għal użu aktar nobbli. Xorta waħda, I aċċettat serenely dawk għeżież dimostrazzjonijiet tal-imħabba. Tifel biss, l-ifqar, mhux offrili xejn iżda embarrassed mill demeanor tiegħu u l-wiċċ ftit tiegħu imdejjaq I kif argumentat għandhom ibatu. I sejjaħ lilu u meta kelli jmiss lili hugged lilu ripetutament fl-armi tiegħu, kissing lilu. Mħeġġa minn dawk karezzi, il-Guy foqra staqsa lili gozz f'idejh, u ħarbu shameful. Sorpriż u kurjuż, I fetħuh u l-ebda wieħed jista 'jara dan. Kien hemm .... raden dak! .. Tliet blalen ta 'zokkor! I sejjaħ lilu lura dritt bogħod mill me. - Kont taf li I simili zokkor? I talab, jitbissem. - I jkollhom it dehret! I simili tant li lili! - U inti, tkompliet mċaqalqa, inti żgur talbu lill-omm u .... - Nru ma'am! tweġiba fil-pront, I ma jistaqsu xejn xi ħadd; aħna se tinżamm ego tiegħu, tiegħi .... - Iżda xorta .... - Nannu, meta hija tagħti me l-kafè u l-ħalib, dejjem tpoġġi lili fil Chicchera tnejn jew tliet blalen ta 'zokkor għall indolcirlo. I qajmu zokkor .... -? U l-kafè u l-ħalib ... I talab tagħha gerżuma ssikkati. - L'ho ħa morr! Mario, Mario Bros, fejn int? Forsi l-duħħan msewda-workshops se jkollhom jiffaċċjaw angel tiegħek, forsi inti taħdem fuq dan biondeggia-oqsma fejn il-ħsad huwa misjur u x-xemx, il-vit, forsi inti se jilqgħu l-avventura vapuri fejn ix-xogħol hija tant diffiċli, il-tama fallaċi hekk .... Imma min int, ħaddiem, bidwi jew raġel tal-baħar, post tiegħek hija waħda mill-qlub noblest, li lilhom imħabba hija sagrifiċċju, selflessness, dazju. Mario, Mario Bros, jekk inti għal mument I jistgħu jiksbu fil-kamra tiegħi biex tistudja, inti tara ħafna ta 'karti, bosta kotba, ħafna knick-knacks; u wkoll inti tara, jinżammu qanpiena tal-ħġieġ żgħir tliet ċapep ta 'zokkor, isem, data! | Entry #17570 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|